X'inhu Għaddej

GUTZ

Teatru Malta
Dwar Teatru Malta

Dwar Teatru Malta

Tista’ tara l-programm kurrenti tagħna billi tikklikkja hawn.

Le, mhux biċ-ċajt. Aħna aktar minn sempliċement il-kumpanija nazzjonali tat-teatru tagħkom, u, le, dan mhux xi tentattiv għażżien biex nikkupjaw is-slogan ta’ Barcelona FC. ​​Tafu għaliex? Għax it-teatru jmur lil hinn mill-palk u l-udjenza. Aħna kburin li noħolqu xogħol importanti. Probabbilment dan diġà tafuh għax inħobbu ngħiduh u għax huwa, fuq kollox, verità u għax, jekk tagħtu daqqa t’għajn lir-repertorju tax-xogħol tagħna matul l-aħħar snin, tindunaw li kull ma nagħmlu, nagħmluh għal raġuni. Kull kollaborazzjoni għandha intenzjoni, kull tema skop warajha, kull post jsir parti integrali tan-narrattiva tal-ispettakli tagħna.

Il-ġirja sal-barkun u, fil-verità, aħna qatt ma waqafna niġru. Fit-tajjeb u fil-ħazin, nemmnu kemm fis-suċċessi u kemm fil-fallimenti tagħna għax aħna verament kumpanija li tqis lilha nnifisha qrib il-polz tal-udjenzi tagħha.

Inħobbu l-konversazzjoni għax kif nistgħu nirrapreżentawkom jekk ma nkellmukomx u ma nifhmukomx? Qed taraw, għidnilkom li aħna aktar minn sempliċement it-teatru nazzjonali tagħkom — aħna l-ħbieb tagħkom.

Mill-Ġurnal

#TeatruMalta

Instagram